Anita Farrugia

02/04/2015
newsimage

Responsabbli mill-qasam tal-edukazzjoni, mill-qasam tal-persuni bi bżonnijiet speċjali u anzjanità attiva, fil-qasam tal-attivitajiet u organizzazzjonijiet filantropiċi u fil-qasam tas-servizzi ġenerali (elettriku, ilma, telefonija).

Anita Farrugia twieldet l-Imqabba fit-28 ta’ Mejju 1974 u hija l-ewwel wild ta’ Anthony u Carmen Muscat. Hija ħadet l-edukazzjoni primarja tagħha fl-Iskola Primarja tal-Imqabba u sekondarja fl-Iskola St. Catherine’s Sliema u Maria Assumpta Ħamrun. Anita kompliet l-edukazzjoni tagħha fil-livell avvanzat u wara ggradwat f’Diploma fil-Marketing u Management mill-istitut tal-Marketing u l-Management tal-Ingilterra. Anita kompliet ukoll l-istudji taghha f’bosta korsijiet intensivi fil-qasam edukattiv fuq diżabiltajiet differenti u fuq persuni bi bżonnijiet speċjali.

Fil-qasam tax-xogħol, Anita għandha esperjenza ta’ 16-il sena fejn ħadmet skrivana mas-servizz pubbliku mad-Dipartiment tas-Saħħa. Hija ħadmet ukoll għal ftit żmien mal-B.O.V. u għandha 8 snin esperjenza fix-xogħol ta’ Learning Support Assistant mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, fejn għadha tokkupa din il-pożizzjoni sa llum. Anita għamlet ukoll xogħol volontarju f’Dar il-Kaptan l-Imtarfa.

Fil-qasam politiku, Anita ilha membru fil-Kumitat Laburista tal-Imqabba mill-2003. Illum hija tokkupa l-kariga t’Uffiċjal għan-Nisa fl-istess kumitat u Delegata tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. Fl-2004 u l-2006 Anita rrappreżentat lill-Kumitat Laburista tal-Imqabba fuq xogħol politiku fi Brussell. Mill-2003 sa llum, Anita dejjem għamlet xogħol politiku fl-Imqabba għall-Partit Laburista, kif ukoll xogħol politiku ieħor fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun, xogħol li jirrigwardja l-kampanji elettorali, b’kuntatt maċ-ċittadini.

Fis-sena 2013 Anita ikkontestat għall-ewwel darba l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fl-Imqabba f’isem il-Partit Laburista. Iżda, hija ġiet eletta bħala kunsillier fi Frar 2015, f’elezzjoni każwali.

Anita hija miżżewġa lil Paul Farrugia u għandhom 2 ulied Carlos u Nicole.

01/04/2015 - Anthony Bonello

Segretarju Eżekuttiv aktar