Messaġġ mis-Sindku

Nibda minnufih billi minn qalbi ninirringrazzja lil Nicky Briffa għax-xogħol kollu li għamel fi ħdan il-Kunsill Lokali tagħna fis-snin li għaddew. Xogħol indubbjament ispirat mill-imħabba għar-raħal u mix-xewqa li jħalli r-raħal aħjar milli sabu. Jiena filwaqt li nawguralu fejqan ta' malajr, nirringrazzjah b'mod partikolari talli mill-bidu ta' din il-leġiżlatura, meta jiena u hu kellna ċ-ċans naħdmu spalla ma' spalla, kien gwida tajba għalina u qasam magħna l-esperjenza kbira tiegħu. Bla dubju, jiena ser inkompli mmexxi dan il-Kunsill fuq il-passi tiegħu u flimkien mal-kumplament ta’ dan it-tim formidabbli, ser inkompli nagħmel l-almu tiegħi għall-benefiċċju tar-raħal u tagħkom ir-residenti. U la semmejt it-tim formidabbli, nieħu din l-okkażjoni sabiex pubblikament nawgura lil Grace Marie Mallia li issa qed tokkupa l-kariga ta’ viċi-sindku u nagħti merħba fil-Kunsill lil Anita Farrugia.


Dr Charlene Zammit
Sindku

(356) 2168 0622

(356) 2168 0606

zammitcharlene.pl@gmail.com