Messaġġ mid-Deputat Segretarju Eżekuttiv

Merħba fis-sit elettroniku tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba. Fih wieħed isib mhux biss il-viżwal iżda informazzjoni utli dwar dak kollu li jkun qed jiġri fil-Gvern Lokali li jmexxi l-lokalità tal-Imqabba. Post li fih issir ħidma ħafna drabi fis-skiet imma importanti ħafna għall-ġid tar-raħal tal-Imqabba f’dak li għandu x’jaqsam l-ambjent, kif ukoll għall-ġid tar-residenti kollha u l-pubbliku inġenerali, permezz tas-servizzi offruti. Dan is-sit hu mezz ieħor ta’ kif il-Kunsill Lokali tal-Imqabba qed iqarreb iċ-ċittadin lejn l-uffiċċju tiegħu bl-aktar mezz effiċjenti u immedjat. Nistgħu ngħidu li diġà qed iservi ta’ pont bejnietna, għaliex teżisti l-possibilità ta’ interazzjoni peress li wieħed jista’ llum il-ġurnata jibgħat e-mail fi x’ħin irid u meta jrid. Tiddejqux tersqu lejna u tgħidulna dak kollu li tixtiequ. Minn naħa tagħna se nimpenjaw irwieħna sabiex nevalwaw dak kollu li tkunu tixtiequ intom, filwaqt illi fil-parametri tar-regoli finanzjarji, nimplimentaw u nwettqu b’suċċess dak kollu li hu leġittimu biex intejbu l-mod ta’ ħajja tar-residenti kif ukoll l-ambjent rurali u urban tal-villaġġ pittoresk tal-Imqabba.



Anthony Bonello
Deputat Segretarju Eżekuttiv

(356) 2168 0622


anthony.bonello@gov.mt