Anthony Bonello

01/04/2015
newsimage

Anthony Bonello, twieled fil-5 ta’ Jannar, 1967, ir-Rabat, Malta. Il-kbir fost tlett aħwa u bin familja ta’ bdiewa. Ħa l-edukazzjoni tiegħu għand is-Sorijiet tal-Ursolini, tal-Virtu, r-Rabat, l-Iskola Primarja u dik Sekondarja fir-Rabat, Liceo tal-Ħamrun, Junior Lyceum tal-Ħandaq, Qormi u l-edukazzjoni terzjarja fis-Sixth Form, l-Imsida.

Ħadem bħala għalliem tax-Xjenza fil-laboratorju tal-iskola Lily of the Valley tal-Mosta, id-Dipartiment tad-Djar, fejn serva għal seba’ snin u issa ilu għoxrin sena Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba. Serva wkoll għal perjodi bħala Aġent Segretarju fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi u dak ta’ Ħal Kirkop.

Anthony Bonello huwa attiv fil-parroċċa fejn jgħix, dik tal-Qrendi, serva għal perjodu bħala Segretarju tal-Kummissjoni Liturġika u issa bħala Segretarju tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Għandu żewgt itfal, Mark Anthony u Rebecca Jane. Gradwat mill-Università ta’ Malta fil-Public Administration.

01/04/2015 - Anthony Bonello

Segretarju Eżekuttiv aktar