Dr Charlene Zammit

newsimage

Responsabbli mill-qasam legali, qasam taż-żgħażagħ, il-kunsill taż-żgħażagħ, programmi tal-Enjoni Ewropja, energija alternattiva, konservazzjoni tal-ilma, u tibdil fil-klima.

Charlene Zammit twieldet l-Imqabba fit-8 ta’ Ġunju tal-1989 u hija t-tieni wild ta’ Nazzareno u Georgette Zammit. Hija ħadet l-edukazzjoni primarja u sekondarja tagħha fl-iskejjel tas-Sorijiet Franġiskani, l-ewwel fl-iskola tal-Pillar il-Belt Valletta, imbagħad fl-iskola sekondarja ta’ San Franġisk f’tas-Sliema. Ħadet l-edukazzjoni post sekondarja fil-Kulleġġ San Alwiġi u kompliet l-istudji tagħha fl-Universita` ta’ Malta, fejn fl-2012 gradwat bħala Nutar, u fejn preżentament qed tagħmel dottorat fil-liġi.

Charlene minn dejjem kienet attiva ħafna, sew fl-ambitu skolastiku kif ukoll fil-komunita` Imqabbija.

Fl-ambitu skolastiku, fost affarijiet oħra, Charlene irrappreżentat lil pajjiżna fil-Parlament Ewropew, fejn indirizzat udjenza ta’ madwar sitt mitt żagħżugħ u żagħżugħa fi Brussell, u aktar tard ġiet inkarigata mill-assistent kap tal-Kulleġġ San Alwiġi biex torganizza xahar ta’ tagħlim volontarju tal-lingwa Ingliża ġewwa l-kulleġġ tal-Ġiżwiti f’Miskolc, l-Ungerija.

Fl-Imqabba hija okkupat il-kariga ta’ segretarja ġenerali tal-fergħa tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, mexxiet laqgħat għall-adoloxxenti ġewwa l-Youth Centre u ppreżentat numru ta’ attivitajiet kulturali, soċjali u mużikali li ttellgħu fir-raħal.

Fl-2011 Charlene bdiet tagħti s-sehem tagħha fil-preżentazzjoni tal-programm tal-festi Min-Niċċa ‘l Barra, u aktar tard matul l-istess sena, hija bdiet taħdem bħala ġurnalista mal-kumpanija ONE Productions Limited, fejn illum tikteb u taqra servizzi u bulettini tal-aħbarijiet.

Fis-sena 2013, Charlene ikkontestat għall-ewwel darba l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali fl-Imqabba u ġiet eletta Viċi Sindku. Illum Charlene hija l-iżgħar Kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Imqabba, u l-iżgħar Viċi Sindku li qatt kellha din il-lokalita`.

Anthony Bonello

Segretarju Eżekuttiv aktar